9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/33
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2010 — Mantzouratos vs Il-Parlament
(Kawża F-64/10)
2010/C 274/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Mantzouratos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas punti ta’ mertu mir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma jippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009, kif ukoll id-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li għandhom inqas (punti ta’) mertu minnu;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy