20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/49
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2010 — Cantisani vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-71/10)
2010/C 317/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Nicola Cantisani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. De Lannoy, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku u talba għall-kumpens għad-dannu subit.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat Ġenerali tal-Persunal u Amministrazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ottubru 2009 (ADMIN.B2/JJ/jm 0(09)) li permezz tagħha l-amministrazzjoni qieset li ma kellhiex tkompli tipproċessa t-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Kummissjoni fid-29 ta’ Jannar 2009;
—
tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni materjali u morali subiti minħabba atti ta’ fastidju;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy