6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/65
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — Arroyo Redondo vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/10)
2010/C 301/105
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando Arroyo Redondo (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad AD10 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009, li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AD9 għall-grad AD10 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009;
—
konsegwentement, tagħmel rieżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħra taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u tagħti lir-rikorrent il-promozzjoni għall-grad AD10 b’effett retroattiv mill-l ta’ Marzu 2009 kif ukoll il-ħlas tal-interessi fuq l-arretrati ta’ rimunerazzjoni bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, b’effett mill-l ta’ Marzu 2009, b’żieda ta’ żewġ punti, mingħajr, madankollu, ma tiġi affettwata l-promozzjoni tal-uffiċjali l-oħra promossi u li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista ppubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy