4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/61
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2010 — Bovagnet vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-89/10)
2010/C 328/99
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François-Carlos Bovagnet (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Korving, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tirrimborsax kompletament l-ispejjeż ta’ edukazzjoni tat-tfal tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
tilqa’ l-ilment tar-rikorrent u tagħtih ir-rimbors integrali tal-irċevuti kollha kkontestati li jirrigwardaw is-sena skolastika 2009/2010, jiġifieri, il-ħlas tas-somma ta’ EUR 2 580 min-naħa tal-PMO.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy