4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/62
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — Eberhard Bömcke vs BEI
(Kawża F-95/10)
2010/C 328/101
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Eberhard Bömcke (Athus, il-Belġju) (rappreżentant: D. Lagasse, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni meħuda mid-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-konvenut li tikkonferma li l-mandat bħala rappreżentant tal-persunal tar-rikorrent skada u t-talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tar-Riżorsi Umani tal-BEI, innotifikata lir-rikorrent permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Settembru 2010 li huwa rċieva fl-24 ta’ Settembru 2010,
—
jikkundanna lill-BEI jagħmel tajjeb għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq u jagħtih, bħala kumpens, is-somma ta’ EUR 25 000,
—
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy