15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/42
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Cervelli vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-98/10)
2011/C 13/83
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. R. García-Gallardo Gil-Fournier u M. Arias Díaz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni illi tirrifjuta li tagħti l-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jiddikjara n-nullità tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2010;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy