15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/43
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2010 — Couyoufa vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/10)
2011/C 13/87
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Denise Couyoufa (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi eżentata mir-rotazzjoni mandatorja.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jikkonstata illi d-deċiżjoni tal-31 ta’ Lulju 2008 hija vvizzjata b’illegalità;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2010 li tiċħad it-talba ta’ D. Couyoufa;
—
jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-appell tagħha minn din id-deċiżjoni;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy