19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/38
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2010 — Gozi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-116/10)
2011/C 55/70
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Sandro Gozi (Sogliano al Rubicone, l-Italja) (rappreżentanti: L. De Luca u G. Passalacqua, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-ispejjeż legali li r-rikorrent sostna fil-kuntest ta’ proċedura kriminali quddiem qorti nazzjonali.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani u Sigurtà — Direttorat D — HR.D.2/MB/db Ares (2010) — Y96985
—
jikkonstata u jiddikjara li r-rikorrent għandu dritt għar-rimbors tal-ispejjeż legali u, konsegwentement, jordna l-ħlas tas-somma ta’ EUR 24 480.
Full & Egal Universal Law Academy