26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/34
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2010 — Cocchi u Falcione vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-122/10)
2011/C 63/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Cocchi (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) u Nicola Falcione (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rtirata proposta dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, li diġà ġiet aċċettata minnhom.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Frar 2010, li “tannulla” il-proposta tas-16 ta’ Settembru 2009, aċċettata minn N. Falcione fid-9 ta’ Ottubru 2009, dwar it-trasferiment, abbażi tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2010, li “tannulla” il-proposta tat- 13 ta’ Ottubru 2009, aċċettata minn G. Cocchi fl-10 ta’ Novembru 2010, dwar it-trasferiment, abbażi tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, tad-drittijiet għall-pensjoni tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 200 000 lil N. Falcione u EUR 50 000 lil G. Cocchi;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy