25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011 — Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” vs UASI (υγεία)
(Kawża T-7/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali υγεία - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv u karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 186/44
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Alexiou u S. Foteas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2009 (Każ R 190/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali υγεία bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon “Ygeia” hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy