14.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 145/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 — CheckMobile vs UASI (carcheck)
(Kawża T-14/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali carchek - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Aritkolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 145/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: CheckMobile GmbH — The Process Solution Company (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Novembru 2009 (Każ R 595/2009-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali carcheck bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
CheckMobile GmbH — The Process Solution Company hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy