28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2011 — Euro-Information vs UASI (EURO AUTOMATIC PAYMENT)
(Kawża T-28/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 160/33
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Euro-Information — Européenne de traitement de l’information (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 635/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EURO AUTOMATIC PAYMENT bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Euro-Information — Européenne de traitement de l’information hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 80, 27.03.2010.
Full & Egal Universal Law Academy