14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-45/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar ta’ prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali sensittiva - Multi - Imputazzjoni tal-ksur - Preżunzjoni kapitalistika - Tul u prova tal-ksur - Preskrizzjoni - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża”))
(2015/C 302/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kallmayer, I. du Mont, G. Schiffers u R. Van der Hout, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 final, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy