12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2014 – Faci vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-46/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq kif ukoll ta’ klijenti u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Prova ta’ aspett wieħed tal-ksur - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Proporzjonalità”))
2014/C 142/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Faci SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: S. Piccardo, avukat, S. Crosby, solicitor, u S. Santoro, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Mojzesowicz, F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement minn F. Ronkes Agerbeek, J. Bourke u F. Castilla Contreras u fl-aħħar minn F. Ronkes Agerbeek, F. Castilla Contreras u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċediment skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għal annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Faci SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy