14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Geemarc Telecom vs UASI — Audioline (AMPLIDECT)
(Kawża T-59/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali AMPLIDECT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu - Prova)
2012/C 13/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Geemarc Telecom International Ltd (Wanchai, Ħong Kong) (rappreżentant: G. Farrington, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Audioline GmbH (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, P. Lübbe u B. Allekotte, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2009 (Każ R 913/2009-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Audioline GmbH u Geemarc Telecom International Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Geemarc Telecom International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy