22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2011 — Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-62/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżamijiet prattiċi u orali - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Diplomi meħtieġa - Artikolu 5(3)(a)(ii) tar-Regolamenti tal-Persunal - Interpretazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti - Xogħlijiet preparatorji)
2011/C 311/79
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Brigitte Zangerl-Posselt (Merzig, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Paulmann, avukat)
Parti oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009, Zangerl-Posselt vs Il-Kummissjoni (F-83/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
B. Zangerl-Posselt għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy