23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2011 — Sphere Time vs UASI — Punch (Arloġġ imwaħħal ma’ ċinga)
(Kawża T-68/10) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta arloġġ imwaħħal ma’ ċinga - Disinn preċedenti - Żvelar tad-disinn preċedenti - Natura individwali - Użu ħażin ta’ poter - Artikoli 4, 6, 7 u 61 sa 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002)
2011/C 219/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sphere Time (Windhof, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Jäger, N. Gehlsen u M.-C. Simon, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Punch SAS (Nice, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 1130/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Punch SAS u Sphere Time.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Sphere Time hija kkundannata għall ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy