2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – IRO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-69/10) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Bażi legali - Istruttorja tal-każ - Definizzjoni tas-suq - Ksur tal-Artikolu 65 KEFA - Multi - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità”])
(2015/C 034/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Industrie Riunite Odolesi SpA (IRO) (Odolo, l-Italja) (rappreżentanti: A. Giardina u P. Tomassi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer, R. Striani u T. Vecchi, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif ikkompletata u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 3,58 miljun għal ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Industrie Riunite Odolesi SpA (IRO) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy