25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Flaco-Geräte vs UASI — Delgado Sánchez (FLACO)
(Kawża T-74/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO - Raġuni relattiva għal rifjut - Identità tal-prodotti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2011/C 186/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Flaco-Geräte GmbH (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jesús Delgado Sánchez (Socuellamos, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Flaco-Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy