16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Colt Télécommunications France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/10) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji)
2013/C 336/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Colt Télécommunications France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas, J. Bousin u J. S. Pilczer, aġenti); Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: L. Feldman, avukat); u d-Département des Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J. D. Bloch u G. O’Mahony, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza)
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Colt Télécommunications France għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Ir-Repubblika Franċiża, Sequalum SAS u d-département des Hauts-de-Seine għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 113, 1.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy