2.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2011 — Tempus Vade vs UASI — Palacios Serrano (AIR FORCE)
(Kawża T-81/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AIR FORCE - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti TIME FORCE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 194/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Tempus Vade, SL (San Sebastián de los Reyes, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Palacios Serrano (Alcobendas, Spanja) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría, J. del Valle Sánchez u V. Ruiz de Velasco Martinez de Ercilla, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2010 (Każ R 111/208-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tempus Vade, SL u M. Juan Palacios Serrano.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Tempus Vade, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy