2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-85/10) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfunzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattata KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Eċċess ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Iffissar tal-ammont inizjali - Ċirkustanzi attenwanti - Tul tal-proċedura amministrattiva”])
(2015/C 034/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Alfa Acciai SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentanti: D. Fosselard, S. Amoruso u L. Vitolo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u B. Gencarelli, sussegwentement R. Sauer u R. Striani, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, sa fejn din tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA mir-rikorrenti u tikkundannaha għal multa ta’ EUR 7,175 miljun, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont ta’ din il-multa.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alfa Acciai SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.4.2010.
Full & Egal Universal Law Academy