26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2011 — Chestnut Medical Technologies vs UASI (PIPELINE)
(Kawża T-87/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PIPELINE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 347/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chestnut Medical Technologies, Inc. (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H.P. Kunz-Hallstein u R. Kunz-Hallstein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 968/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali PIPELINE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Chestnut Medical Technologies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 100, 17.04.2010.
Full & Egal Universal Law Academy