2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Diċembru 2014 – Lucchini vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/10) (1)
([“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza t-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas - Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Bażi legali - Drittijiet tad-difiża - Multi - Gravità u tul tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ sentenza għal annullament f’kawża magħquda”])
(2015/C 034/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Lucchini SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Delfino, J. P. Gunther, E. Bigi, C. Breuvart u L. De Sanctis, sussegwentement J. P Gunther, E. Bigi, C. Breuvart u D. Galli, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u B. Gencarelli, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat, sussegwentement M. Sauer u R. Striani, aġent, assistiti minn M. Moretto)
Suġġett
Talba għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza jew għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni u, iktar sussidjarjmanet, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lucchini SpA hija ikkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 1.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy