12.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Settembru 2011 — Procter & Gamble Manufacturing Cologne vs UASI — Natura Cosméticos (NATURAVIVA)
(Kawża T-107/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali NATURAVIVA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VIVA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali)
2011/C 331/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Natura Cosméticos, SA (Sáo Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 1558/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Procter & Gamble Manufacturing Cologne GmbH u Natura Cosméticos, SA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Procter & Gamble manufacturing Cologne GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 22.5.2010.
Full & Egal Universal Law Academy