12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-111/10) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Operattiv intiż għall-immodernizzar tal-qafas ekonomiku fil-Portugall - Nuqqas ta’ għanijiet vinkolanti preċiżi u verifikabbli - Aspettattivi leġittimi)
2012/C 138/28
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn N. Mimoso Ruiz, P. Moura Pinheiro u J. Silva Martins, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u G. Braga da Cruz, sussegwentement A. Steiblytė u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Suġġett
Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 10624, tal-21 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lill-Portugall taħt il-Programm Operattiv “Immodernizzar tal-Qafas Ekonomiku”, CCI: 1994 PT 16 1 PO 004 (ex FEŻR ref. 94.12.09.004), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94)464/3, tal-4 ta’ Marzu 1994, li tapprova għajnuna tal-FEŻR.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 113, 01.05.2010.
Full & Egal Universal Law Academy