5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2012 — Barilla vs UASI — Brauerei Schlösser (ALIXIR)
(Kawża T-157/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ALIXIR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Elixeer - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 133/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Barilla G. e R. Fratelli SpA (Parma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, G. Sironi u A. Colmano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brauerei Schlösser GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Flick, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2010 (Każ R 820/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei Schlösser GmbH u Barilla G. e R. Fratelli SpA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Barilla G. e R. Fratelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 148, 05.06.2010.
Full & Egal Universal Law Academy