28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2011 — Air France vs UASI (Forma ta’ parallelogramm)
(Kawża T-159/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta forma ta’ parallelogramm - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 160/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti:Kumpannija Air France (Roissy-en-France, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1018/2009-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrapreżenta forma ta’ parallelogramm bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-kumpannija Air France hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 19.6.2010.
Full & Egal Universal Law Academy