17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — J vs Il-Parlament
(Kawża T-160/10) (1)
(Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni)
2012/C 355/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar l-arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nru 1673/2009).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
J. huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy