7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Mejju 2012 — Grupo Osborne vs UASI — Industria Licorera Quezalteca (TORO XL)
(Kawża T-169/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORO XL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti XL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni)
2012/C 200/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentanti: J.M. Iglesias Monravá, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Industria Licorera Quezalteca, SA (Quetzal Tenango, il-Gwatemala)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industria Licorera Quezalteca, SA u Grupo Osborne, SA.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Jannar 2012 (Każ R 223/2009-2), hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 148, 5.6.2010
Full & Egal Universal Law Academy