24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-183/10) (1)
(Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ assistenza teknika lill-Gvern tas-Sirja - Ċaħda tal-kandidatura - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 366/59
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Sviluppo Globale GEIE (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, aġent, assistit minn P. Manzini, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Frar 2010, li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2010 li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY, dwar il-provvista ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Sviluppo Globale GEIE.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy