25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2011 — Emram vs UASI — Guccio Gucci (G)
(Kawża T-187/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva G - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti G - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 186/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maurice Emram (Marseille, Franza) (rappreżentanti: M. Benavï, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Maurice Emram.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Maurice Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy