22.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2011 — DRV vs UASI — Austria Leasing (Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich)
(Kawża T-199/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Austria Leasing Gesellschaft m.b.H. Mitglied der Raiffeisen-Bankengruppe Österreich - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedneti Raiffeisen - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjon - Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 311/81
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutscher Raiffeisenverband e.V. (DRV) (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: I. Rinke, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Austria Leasing GmbH (Eschborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Joachim, avukat)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2010 (Każ R 253/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutscher Raiffensenverband e.V. (DRV) u Austria Leasing GmbH
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Id-Deutscher Raiffeisenverband e.V. (DRV) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy