16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Avery Dennison vs UASI — Dennison Hesperia (AVERY DENNISON)
(Kawża T-200/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVERY DENNISON - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DENNISON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell)
2013/C 336/33
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Avery Dennison Corp. (Pasadena, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez u A. Sanz Cerralbo, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dennison-Hesperia, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Frar 2010, (Każ R 798/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dennison-Hesperia, SA u Avery Dennison Corp.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Avery Dennison Corp. hija ikkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 19.6.2010
Full & Egal Universal Law Academy