24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS)
(Kawża T-204/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tat-trade marks - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Abbuż ta’ dritt)
2012/C 366/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Focus Magazin Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2011 (Każ R 238/2009-2), dwar proċedimenti ta’ nullità bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté & Cie.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 179, 03.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy