26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2011 — P vs Il-Parlament
(Kawża T-213/10 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Tkeċċija - Telf ta’ fiduċja - Motivazzjoni - Żnaturament tal-provi)
2011/C 347/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: P (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Appellat: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment S. Seyr u R. Ignătescu, sussegwentement S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-24 ta’ Frar 2010, P vs Il-Parlament (F-89/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ dik is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
P għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy