14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2011 — Monster Cable Products vs UASI — Live Nation (Music) UK (MONSTER ROCK)
(Kawża T-216/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali MONSTER ROCK - Trade mark nazzjonali preċedenti MONSTERS OF ROCK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 13/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Cable Products, Inc. (Brisbane, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: W. Baron von der Osten-Sacken, O. Günzel u A. Wenninger-Lenz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Live Nation (Music) UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, S. Britton u J. Summers, solicitors)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 216/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Live Nation (Music) UK Ltd u Monster Cable Products, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Monster Cable Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 17.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy