21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – World Duty Free Group vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/10 RENV) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’kumpanniji fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Selettività - Sistema ta’ riferiment - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament - Impriżi benefiċjarji tal-miżura - Aspettattivi leġittimi”))
(2019/C 25/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: World Duty Free Group, SA, li kienet Autogrill España, SA (Madrid, Spanja)(rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentant: T. Henze, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: inizjalment G. Hodge u E. Creedon, sussegwentement G. Hodge u D. Browne, aġenti, assistiti minn B. Doherty Barry u A. Goodman, barristers) u r-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
World Duty Free Group, SA għandha ssostni, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju ta’ Spanja għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 179, 3.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy