1.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/4
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni vs EU Research Projects
(Kawża T-220/10) (1)
(Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni fil-qasam tas-‘Soċjetà tal-informatika konvivjali’ - Irtirar tal-proġett - Rimbors ta’ parti mis-somom antiċipati mill-Kummissjoni - Interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja)
2012/C 373/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u A.-M. Rouchaud-Joët, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)
Konvenuta: EU Research Projects Ltd (Hungerford, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 272 TFUE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mis-somma antiċipata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-kuntratt IST-2001-34850, flimkien ma’ interessi moratorji.
Dispożittiv
(1)
EU Research Projects Ltd hija kkundannata li tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 102 039,32, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata ta’ 4.80 % fis-sena, li jiddekorru mid-29 ta’ Diċembru 2006 sad-data tal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma.
(2)
EU Research Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy