10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2011 — ratiopharm vs UASI — Nycomed (ZUFAL)
(Kawża T-222/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZUFAL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZURCAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009)
2011/C 269/107
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Völker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Ferchland, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Marzu 2010 (Każ R 874/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nycomed GmbH u ratiopharm GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 195, 17.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy