3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Scatizza vs UASI — Jacinto (Horse Couture)
(Kawża T-238/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark figurattiva Komunitarja Horse Couture - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti HORSE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
(2011/C 355/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stephanie Scatizza (Breganzona, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Manuel Jacinto, Lda (São Paio de Oleiros, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2010 (Kawża R 723/2009-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Manuel Jacinto, Lda u Stephanie Scatizza.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Stephanie Scatizza hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209 tal-31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy