19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2011 — medi vs UASI — Deutsche Medien Center
(Kawża T-247/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti World of medi, trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti , medi welt, medi-Verband, medi u isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti medi - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 340/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: medi GmbH & Co. KG (Bayreuth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Lindner, D. Terheggen, T. Kiphuth, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Deutsche Medien Center GmbH (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Bodemann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1366/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG u Deutsche Medi Präventions GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1366/2008-4) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għall-ispejjeż ta’ medi GmbH & Co. KG.
(3)
Deutsche Medien Center GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 209, 31.07.2010.
Full & Egal Universal Law Academy