16.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 336/17
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Knut IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)
(Kawża T-250/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali KNUT-DER EISBÄR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KNUD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2013/C 336/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Knut IP Management Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment C. Jaeckel, sussegwentement J. Steinberg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zoologischer Garten Berlin AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schulz u P. Vatankhah, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2010 (Każ R 650/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zoologischer Garten Berlin AG et Knut IP Management Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Knut IP Managment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 209, 31.7.2010.
Full & Egal Universal Law Academy