3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2011 — Microban International u Microban (Europe) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-262/10) (1)
(Saħħa pubblika - Lista ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel - Irtirar, mill-applikant inizjali, tal-applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ addittiv fuq il-lista - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxy diphenyl éther fil-lista - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Att regolatorju - Interess dirett - Nuqqas ta’ miżuri ta’ implementazzjoni - Bażi legali)
(2011/C 355/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Microban International Ltd (Huntersville, North Carolina, l-Istati Uniti); u Microban (Europe) Ltd (Cannock, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169, tad-19 ta’ Marzu 2010, dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id Direttiva 2002/72/KE (ĠU L 75, p. 25).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE, tad-19 ta’ Marzu 2010, dwar in-noninklużjoni ta’ 2,4,4’-trichloro-2’-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta’ addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE, hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Microban International Ltd u Microban (Europe) Ltd.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy