28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-264/10 u T-266/10) (1)
(Programm operattiv tal-Fondi ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR ġestiti minn Spanja (Programm operattiv FSE Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni 2007-2013) - Talba għal ħlas interim - Deċiżjoni li jiġi interrott it-terminu tal-ħlas minħabba nuqqas sinifikattiv fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Artikolu 87(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006)
2012/C 227/26
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u B. Conte, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju (T-264/10) u tal-11 ta’ Mejju 2010 (T-266/10) li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim mir-Renju ta’ Spanja.
Dispożittiv
(1)
Il-Kawżi T-264/10 u T-266/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.
(2)
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Mejju (T-264/10) u tal-11 ta’ Mejju 2010 (T-266/10), li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim mir-Renju ta’ Spanja, huma annullati.
(3)
It-talba biex tiġi rrikonoxxuta l-fondatezza tal-merti tat-talba għall-ħlas tal-interessi hija miċħuda.
(4)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-kap tat-talbiet li huma intiżi sabiex il-Qorti Ġenerali tordna miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura bbażata fuq l-Artikolu 64 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha.
(5)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 14.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy