16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2012 — Conceria Kara vs UASI — Dima (KARRA)
(Kawża T-270/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARRA - Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti Kara - Isem korporattiv Conceria Kara Srl u isem kummerċjali Kara - Raġunijiet relattivi għal rifjut - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Mala fide)
2012/C 174/32
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Conceria Kara Srl (Trezzano sul Naviglio, l-Italja) (rappreżentant: P. Picciolini, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Mannucci, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti (Istanbul, it-Turkija)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal- UASI, tad-29 ta’ Marzu 2010, (Każ R 1172/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Conceria Kara Srl u Dima — Gida Tekstil Deri Insaat Maden Turizm Orman Urünleri Sanayi Ve Ticaret Ltd Sti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Concerta Kara Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 221, 14.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy