14.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2011 — mPAY24 vs UASI — ULTRA (MPAY24)
(Kawża T-275/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MPAY24 - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rettifika tad-deċiżjoni mill-Bord tal-Appell - Att ineżistenti - Regola 53 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)
2012/C 13/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: mPAY24 GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. G. Zeiner u S. Di Natale, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav (Zagorje ob Savi, is-Slovenja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ultra d.o.o. Proizvodnja elektronskih naprav u mPAY24 GmbH.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1102/2008-1) hija annullata.
(2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 234, 28.08.2010.
Full & Egal Universal Law Academy