18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Wesergold Getränke vs UASI – Lidl Stiftung (WESTERN GOLD)
(Kawża T-278/10 RENV) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WESTERN GOLD - Trade marks nazzjonali, Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti WeserGold, Wesergold u WESERGOLD - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Deċiżjoni fuq ir-rikors - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 016/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: WeserGold Getränke GmbH & Co. KG, li kienet Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG (Rinteln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Melchert, P. Goldenbaum u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u M. Wolter, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2010 (Każ R 770/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wesergold Getränkeindustrie GmbH & Co. KG u Lidl Stiftung & Co. KG
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
riha WeserGold Getränke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u minn Lidl Stiftung & Co. KG fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU C 221, 14.8.2010.
Full & Egal Universal Law Academy