21.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 217/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti)
(Kawża T-293/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti - Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2012/C 217/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1475/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010
Full & Egal Universal Law Academy