26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2011 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (caldea)
(Kawża T-304/10) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva caldea - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 347/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u P. Hiller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra) (rappreżentant: É. Guissart, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 899/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent ta’ Semtee.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy